Il-Papa Franġisku għamel żjara lil saċerdoti li għażlu li jiefqu mill-vokazzjoni tagħhom biex ikollhom familja. Huwa ltaqa’ ma’ seba’ familja fl-appartamenti tagħhom.
L-uffiċju tal-komunikazzjoni tal-Vatikan spjega li l-għan wara din iż-żjara kien li jbiddel l-idea, li fi kliemu hi żbaljata, li għandhom familjari u ħbieb li din id-deċiżjoni kienet waħda ħażina.
Dawn l-irġiel spjegaw li s-solitudni u d-dedikazzjoni li titlob din il-vokazzjoni ġegħlithom jirrealizzaw jekk id-deċiżjoni li kienu ħadu kinitx tajba għalihom. Wara xhur u snin ta’ inċertezza u dubju rrealizzaw li kienu għamlu l-għażla żbaljata li jissieħbu fis-saċerdozju, b’hekk ħadu d-deċiżjoni li jibdew familja.
Iż-żjara tal-Papa ntlaqgħet tajjeb mill-familjari, hekk kif l-uffiċju tal-komunikazzjoni tal-Papa ddeskriva li t-tfal tal-eks saċerdoti kienu entużjasti u ferħanin li kellhom din l-opportunitá. Il-familjari apprezzaw s-sens ta’ rispett tal-Papa Franġiska, li ma ġġudikax id-deċiżjoni tagħhom.