Abbord titjira ta’ ftit aktar minn sagħtejn bejn Santiago u Iquique fiċ-Ċili, il-Papa Franġisku żewweġ lil żewġ membri tal-ekwipaġġ li kienu qed jaħdmu l-istess titjira.Carlos Ciuffardi Elorriga, ta’ 41 sena, u Paula Podest Ruiz, ta’ 39 sena, kienu diġà miżżewġa bi żwieġ ċivili, iżda saqsew lill-Papa biex ibierek iż-żwieġ tagħhom.
B’mod mill-aktar spontanju, staqsa lill-koppja jekk ridux li jżewwiġhom.
Il-koppja qalet li ma kienx possibbli li ssir ċerimonja fil-Knisja ta’ Santiago hekk kif ġarrbet xi ħsarat fit-terremot tal-2010.
Għaldaqstant, il-Papa żewweġ lill-mara u r-raġel waqt it-titjira, fejn talab lis-sid tal-linja tal-ajru jkun ix-xhud.
Kardinal li kien miegħu pprovda dokument ta’ żwieġ reliġjuż li ġie ffirmat mir-raġel, il-mara u x-xhud.