Il-Papa Franġisku approva miżuri biex jitkeċċew Isqfijiet li jonqsu milli jieħdu l-aħjar azzjoni dwar każijiet t’abbuż fuq it-tfal.
Isqfijiet li jkaxkru saqajhom se jitneħħew, grazzi għal proċeduri legali ġodda. Dan il-pass ittieħed wara li nstemgħu l-ilmenti ta’ vittimi biex Isqfijiet jerfgħu responsabilità.
Permezz tat-tibdil se jissaħħu liġijiet eżistenti diġa’ – il-Papa jixtieq definizzjoni ċara ta’ x’inhuma r-raġunijiet gravi li jwasslu biex Isqof jitkeċċa’.
Inħatar grupp ta’ avukati li se jgħinu sabiex jittieħdu l-aħjar deċiżjonijiet meta jkun hemm Isqof akkużat li m’aġixxiex bl-aħjar mod fid-dawl ta’ abbuż fuq minuri.
Let us hear the cry of the victims and those suffering, no family without a home, no child without a childhood.
— Pope Francis (@Pontifex) June 4, 2016