Il-Papa Franġisku ħareġ mill-Palazz tal-President sabiex imur lejn in-Nunzjatura fir-Rabat.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
In-Nunzjatura huwa l-post fejn se jgħix il-Papa matul dawn il-jumejn fiż-żjara ġewwa pajjiżna.
Fil-mument meta ħareġ mill-Palazz tal-President fuq il-Popemobile, il-Papa reġa’ ngħata merbħa sabiħa miż-żgħażagħ preżenti.
Fi Triq ir-Repubblika fil-Belt, il-Popemobile bdiet tieqaf għal xi mumenti sabiex il-Papa Franġisku jagħti tislima lil dawk li nġabru l-Belt.