“Jiddispjaċini ħafna u nitlobkom maħfra.”
Iddikjara dan il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku meta ltaqa’ mal-komunitajiet indiġeni fiż-żjara appostolika li qed jagħmel ġewwa l-Kanada
Minkejja saħħtu, il-Papa Franġisku ried li xorta waħda jagħmel dan il-vjaġġ hekk kif ried jiltaqa’ u jitlob maħfra lil dawk in-nies li snin ilu ttieħdu minn familthom fi skejjel residenzjali sabiex jinqerdu l-komunitajiet indiġeni fil-Kanada.
Għexieren ta’ skejjel kienu amministarati mill-Knisja u hemm rapporti jgħidu kif uħud mill-istudenti ġew abbużati sesswalment u maltrattati minn membri tal-kleru.
Il-Papa Franġisku, f’sit fejn kienet waħda minn dawn l-iskejjel, qal kif qed jittama li l-apoloġija u l-preżenza tiegħu jkunu parti mill-proċess ta’ fejqan għal dawn in-nies.
Mal-mument li l-Papa talab skuża, instema’ ċapċip minn dawk preżenti, li wħud ivvjaġġaw mill-bogħod sabiex jisimgħu lill-Franġisku jitkellem.