Il-Papa Franġisku ta konferenza tal-aħbarijiet waqt it-titjira tiegħu lejn Ruma minn Malta. Intervista li xxandret fuq l-istazzjon TV2000.
F’din il-konferenza l-Papa tenna s-sodisfazzjon tiegħu għaż-żjara tiegħu f’pajjiżna.
Reġa’ spikka r-ringrazzjament tiegħu lill-poplu Malti tal-merħba li tah f’din iż-żjara qasira li għamel. Sostna li jinsab ferħan ħafna b’din iż-żjara, li kienet is-36 waħda tiegħu barra minn Ruma.
“E su Malta io sono stato contento di la visita ho visto le realtà di Malta, un entusiasmo del la gente impressionante sia a Gozo sia a Malta, a Valletta e gli altri. Un entusiasmo grande sulle strade sono rimasto stupito.”
Fil-jumejn li dam f’Malta, kienu bosta li nnutaw il-problema ta’ saħħet Papa Franġisku. Problema li l-Papa Franġisku tkellem dwarha wkoll fuq l-ajruplan mall-ġurnalisti.
“Perché ho questo problema al ginocchio, che tira fuori ai problemi di ammollamenti, ambulanza e camminare. È un po’ fastidiosa ma va migliorando almeno posso andare. Due settimane fa non potevo fare nulla. Ma una cosa lenta vediamo si torna in dietro ma voce il dubbio a questa età non si sa come fini dalla partita.”
Waqt iż-żjara f’pajjiżna spikkat ukoll il-qalb tal-Papa lejn il-batut u l-vulnerabbli. Fost oħrajn huwa semma l-laqgħa li kellhu f’Ħal Far mal-immigranti.
Qal li Malta qed taffaċja l-isfida tal-immigrazzjoni bħal pajjiżi oħra fosthom Ċipru, il-Greċja u l-Italja.
Għalhekk qal li dwar l-isfida tal-immigrazzjoni jrid ikun hemm sforz mill-Ewropa sabiex tgħin lil dawn il-pajjiżi.
“Immigranti vanno accolti sempre, problema è che io vanno di vedere quanti popoli posso vincere normalmente per vivere li. E per questo ci volevo un’intensa con i paesi del Europa che non tutti sono disposi a ricevere le immigranti. Dimentichiamo che l’Europa è stata fatta dagli immigranti ma cosi sono le cose. Ma almeno non lasciare tutto il paese o questi paesi limitavo, sono cosi generosi e Malta uno di loro.”
F’din il-konferenza l-Papa ikkundanna wkoll bil-qawwa l-attakki li qed isiru mir-Russi fl-Ukrajna. Qal li hu u l-Vatikan se jagħmlu dak kollhu possibli, kif ukoll se jibqa’ konsistenti fil-messaġġ tiegħu. Fil-fatt hu qed jikkunsidra li jagħmel żjara fl-Ukrajna.