Minn testijiet li saru fuq il-Papa Franġisku jidher li l-Papa mhuwiex infettat bil-Coronavirus.
Dan wara tħassib fuq saħħet il-Papa wara li kellhom jitħassru xi appuntamenti pubbliċi li kellu ppjanati minħabba li ħassu ma jiflaħx. Fost dawn l-attivitajiet kien hemm l-irtir ta’ żmien ir-Randan.
Mhuwiex magħruf meta l-Papa kien skrinjat għall-Coronavirus.