Hekk kif telaq il-katamaran Maria Dolores mill-Port il-Kbir, il-Papa Franġisku ngħata salut ta’ 21 tir mis-Saluting Battery.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Papa Franġisku jinsab fi triqtu lejn Għawdex, hekk kif huwa se jmur lejn is-Santwarju ta’ Pinu.
Bosta nies inġabru f’diversi postijiet tal-port, fosthom fil-Barrakka ta’ Fuq, ix-xatt tal-Belt, il-Birgu u l-Isla.
Mal-katamaran li abbord fuqu hemm il-Papa Franġisku, hemm diversi dgħajjes, fosthom dawk tar-regatta.