🇻🇦🇺🇦 Pope Francis greets Ukrainian children at a general audience at the Vatican and describes the Russian invasion as “savage cruelty”. #UkraineRussia pic.twitter.com/GEqRrWmgLV
— euronews (@euronews) March 30, 2022
Wara li laqa’ lill-pubbliku, il-Papa Franġisku ltaqa’ mat-tfal li ħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna u li bħalissa qed jgħixu f’Ruma.
Fil-messaġġ tiegħu, il-Papa qal kif permezz ta’ din il-laqgħa, niftakru fil-monstrosità li toħloq gwerra u għandna nkomplu nitolbu li l-krudeltà tal-gwerra titwaqqaf.
Il-Papa ltaqa’ ma kull tifel u tifla li kien hemm preżenti fejn ra mill-qrib it-tpenġijiet u kif ukoll kartelluni li t-tfal għamlu għalih bil-kuluri tal-bandiera Ukrena fosthom waħda bil-messaġġ “Children For Peace”.