Il-Papa Franġisku laqa’ t-talba li saret mill-Ordni Franġiskana biex Donald Bellizzi jitneżża’ minn qassis wara li weħel il-ħabs hekk kif instab ħati li abbuża sesswalment minn ġuvni.
L-Ordni Franġiskana bbażata f’Ruma kien talbet lil Papa biex ikeċċi lil Patri Donald Bellizzi.
Teknikament, l-Arċisqof Charles Scicluna ma setax jieħu azzjoni peress li l-Patri kien membru f’Ordni reliġjuża.
Il-Papa ta d-dispensa f’digriet li ħareġ mill-Vatikan ix-xahar li għadda.
Wara li ħareġ id-digriet, kien imiss lil Donald Bellizzi li ffirma u b’hekk tneħħa minn saċerdot u Patri Franġiskan.
Donald Bellizzi, ta’ ħamsin sena huwa wieħed minn fost 84 persuna li jinsab imniżżel fuq ir-reġistru ta’ dawk li abbużaw mit-tfal.
Donald Bellizzi, eks Kappillan ta’ Burmarrad kellu s-sentenza ta’ tliet snin ħabs ikkonfermata fl-istadju tal-appell wara li nstab ħati li abbuża minn tifel.
Il-każ beda fl-2010 meta t-tifel kien qed jiġi mġiegħel jimmasturba u jagħmel atti indiċenti fuq l-patri.
Minn xhieda li ngħatat anki mill-familja tat-tifel, li l-identità tagħha ma tistax tiġi żvelata fuq ordni tal-Qorti, it-tifel kien jittieħed f’dar tal-irtiri f’Burmarrad u anki Marsalforn għal taħdidiet tal-vokazzjonijiet u hawnhekk il-Patri kien jabbuża minnu.
It-tifel kien spjega kif il-patri kien anki mmasturba lilu anki fi żminijiet differenti f’kunvent fir-Rabat meta tkun ġejja xi festa fejn kien ikun se jsir l-armar għall-Ġimgħa l-Kbira.
Bejn it-tifel u l-Patri anki sess orali kien spiċċa seħħ.
Fil-Qorti ntqal kif Fr. Donald Bellizzi spiċċa jsir ħabib tal-familja tal-vittma u anki kien imur jiekol għandhom.
Hawnhekk it-tifel kien jitla’ f’kamartu meta jara wiċċ il-Patri u l-ġenituri tiegħu ntebħu li hemm xi ħaġa stramba.
Kien hemm żmien ukoll meta Fr. Donald Bellizzi neħħewlu l-abbatini u t-tfal mis-servizzi reliġjużi li kien jagħmel u hawn staqsa lil dak li kien abbużah jekk tkellimx xi ħaġa.