Il-Papa Franġisku kkundanna l-vjolenza verbali u fiżika fuq in-nisa, u appella għar-rispett. Dan waqt li kien qed jindirizza folla kbira fil-Kolombja.
Il-Papa, li huwa l-ewwel wieħed li qed iżur dal-pajjiż f’iktar minn tliet deċennji, qal li l-Bibbja tiċċelebra lin-nisa bħala persuni b’saħħithom u influwenti.
Huwa jinsab fuq żjara ta’ ħamest ijiem bħala turija t’ appoġġ lejn il-proċess ta’ paċi li għaddej fil-Kolombja stess.
Ripetutament kien imwaqqaf minn ħafna ċapċip hekk kif lil dawk li attendew għal quddiesa fil-miftuħ fil-jum tal-Ġimgħa qalilhom li ħafna komunitajiet għadhom influwenzati ħafna mit-tradizzjonijiet patrijarkali.