Fil-jum tat-Tnejn, il-Papa Franġisku kkundanna l-informazzjoni li huwa sejjaħ “bla bażi” dwar il-vaċċin għal kontra l-Covid-19.
Il-Kap tal-Knisja Kattolika qal dan waqt id-diskors annwali tal-Istat tad-Dinja, fejn kien qed jindirizza lil madwar 180 diplomatiku madwar id-dinja.
Il-Papa Franġisku qal kif il-fatti juru li fejn kien hemm programmi b’saħħithom ta’ vaċċinazzjoni, dawk b’riskju serju ta’ kumplikazzjonijiet mill-virus naqqsu sew.
Saħaq li huwa importanti li ċ-ċittadini jitlaqqmu bil-vaċċin għal kontra l-Covid-19.
Il-Papa Franġisku ġedded l-appell tiegħu biex il-pajjiżi l-aktar sinjuri jkomplu jqassmu l-vaċċin lil dawk il-pajjiżi foqra.
Id-diskors tal-Papa Franġisku kien il-maġġoranza tiegħu fuq it-tilqima tal-Covid-19, iżda huwa tkellem ukoll dwar il-bidla fil-klima.
Hawnhekk huwa appella biex il-mexxejja kollha jingħaqdu sabiex ikomplu jiġġieldu dan il-fenominu li qed jaffettwana lkoll.
Il-Papa Franġisku appella wkoll dwar l-importanza tad-djalogu f’kunflitti bħal dawk li qed jiġru fil-Libanu, l-Ukrajna u l-Myanmar.