Mal-wasla lura f’Ruma mill-Panama, Papa Franġisku lbieraħ it-Tnejn 28 ta’ Jannar wara nofsinhar għaqqad grupp kbir ta’ nies fil-bżonn, bi problemi finanzjarji u familji kif ukoll voluntiera u ħadhom jaraw l-ispettaklu ġdid: Il-Ġudizzju Universali- Michelangelo u s-sigrieti tal-Kappella Sistina.
Dan l-ispettaklu juri kif nibtet l-idea tal-pittura fis-saqaf tal-kappella Sistina u kif imbagħad saret il-pittura famuża tal-Ġudizzju Universali.
Dan juri kif Papa Franġisku jqiegħed fil-prattika dak li jitkellem dwaru u li dejjem ikun protagonist biex jgħin lill-proxxmu jħossu nkluż u mhux maqtugħ mill-kumplament, anke jekk ikunu għaddej minn problemi.
Dan l-ispettaklu l-ġdid jinsab ġo ċinema apposta li tinsab f’Via Conciliazione.
Ritratti: Clifford Galea – Ruma