Il-Papa Franġisku ħa l-okkazjoni biex jgħaddi il-ħsibijiet tiegħu dwar il-problema tal-immigrazzjoni meta dalgħodu ippresjeda għal udjenza pubblika fil-Vatikan li matulha l-Arċisqof Charles Scicluna ta spjega tas-sinjifikat tal-presepju Malti li se jkun inawgurat iktar tard illum fil-Vatikan.
Il-Papa irrefera għall-immigrazzjoni meta kien qed jikkummenta dwar il-luzzu li jinsab f’dan il-presepju.
Qal li dan il luzzu ifakkru fid-dgħajjes li fuqhom jiġu l-immigranti irregolari. Irringrazzja lill-Gvern, id-djoċesi u l-poplu ta’ Malta ta’ dan il-ġest sabiħ. Matul din l-udjenza il-Papa ltaqa’ wkoll mal-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici, li wera l-apprezzament tiegħu li l-poplu Malti qasam it-tradizzjonijiet tiegħu mal-Vatikan.
Mument ħelu kien meta l-Papa ta il-karlotta tiegħu lil tfajjel Malti li minn naħa tiegħu tah lura karlotta li kellu hu.
Ritratti: DOI