Il-Papa talab għat-talb u rringrazzja lil dawk kollha involuti fl-organizazzjoni taż-żjara tiegħu f’Malta fit-2 u t-3 t’April li ġej.
Lejn tmiem l-indirizz tiegħu fl-udjenza tal-Erbgħa, Papa Franġisku spjega kif fi tmiem din il-ġimgħa huwa se jkun fil-gżira ta’ Pawlu.
Qal li huwa qed iħares ’il quddiem biex jiġi Malta u jsegwi l-passi ta’ San Pawl.
Il-Papa spjega kif jinsab entużjast li jitlaqa’ mal-komunità nisranija, li għandha għeruq li jmorru lura mal-elfejn sena.
Semma kif il-Maltin, bħal ma laqgħu lil San Pawl, huma nies ospitabbli ħafna.