Il-Papa Franġisku uża l-messaġġ tradizzjonali tiegħu ta’ Jum il-Milied biex jappella għall-paċi f’Ġerusalemm u għal djalogu bejn l-Israeljani u l-Palestinjani.
Filwaqt li rrikonoxxa t-tensjonijiet bejniethom, huwa appella għal soluzzjoni nnegozzjata li tippermetti ko-eżistenza paċifika bejn iż-żewġ stati.
Il-President Amerikan, Donald Trump riċentament ħabbar li l-Amerika rrikonoxxiet lill-Ġerusallem bħala kapitali ta’ Israel.
Dan il-pass ferm kontroversjali ġab il-kundanna mid-dinja Musulmana.