Il-Ħadd, il-Papa Franġisku ħareġ mill-Isptar Gemelli, f’Ruma. Dan wara li kien rikoverat fl-isptar minħabba kumplikazzjonijiet f’saħħtu.
Mill-gallarija tal-Isptar, f’Ruma, il-Kap tal-Knisja Kattolika ħareġ il-Papa jxejjer lin-nies li nġabru, waqt li rringrazzja lil dawk preżenti.
Fl-indirizz tiegħu, mill-gallarija anki ċċajta, fejn qal li qed jara lill-mara li kellha f’idejha fjuri sofor.
Fl-Angelus tal-Ħadd, li għamlu bil-miktub, il-Papa mill-ġdid appella għall-waqfien immedjat f’Gaza, fil-Lvant Nofsani.
Qal li hu jinsab imdejjaq bis-sitwazzjoni, b’ħafna mietu u midruba.
Il-Papa talab li l-armamenti jitwaqqfu darba għal dejjem b’mod immedjat, waqt li għandu jkun hemm il-kuraġġ sabiex ikun hemm id-djalogu u jintlaħaq waqfien mill-ġlied b’mod permanenti.
Qal li s-sitwazzjoni umanitarja f’Gaza hi mill-ġdid waħda serja.
Wara li ħareġ fil-gallarija, il-Papa mar lura lejn il-Vatikan.
It-tobba qed jinsistu li l-Papa se jkollu bżonn mill-inqas xahrejn ta’ mistrieħ.
Dr Sergio Alfieri, il-kap tat-tim ta’ tobba li jieħu ħsieb il-Papa, qal lill-ġurnalisti li l-Papa Franġisku kien “fil-periklu li jitlef ħajtu.” Qal li l-Papa Franġisku issa jinsab f’kundizzjoni klinika stabbli” iżda se jibqa’ jieħu l-medikazzjoni “għal żmien pjuttost twil.”