Fil-bidu tal-pontifikat ta’ Ġwanni Pawlu II kienet nbniet pixxina fir-residenza sajfija tiegħu f’Castel Gandolfo.
Il-Papa kien sportiv u xtaq li fis-Sajf ikun jista jgħum xi ftit. Ġurnalista ta’ ‘Le Monde’ saret taf bl-intenzjoni tal-Papa u rnexxilha teħodlu ritratt sabiex tippubblikah fuq din il-gazzetta popolari Franċiża.
Qamu l-irwiefen kollha! Inbidel f’każ internazzjonali anke bl-interventi ta’ gvernijiet u tas-Segreterija tal-Istat tas-Santa Sede sabiex jevitaw il-pubblikazzjoni tar-ritratt.
Il-Vatikan tant beżgħu li ppruvaw jużaw il-ħbiberija ta’ Dun Stanislaw mal-Papa sabiex jkellmuh bil-mod dwar din il-“problema kbira”!
Ir-risposta tal-Papa għal din l-aħbar kienet waħda sempliċi u anke sorprendenti għal Dun Stanislaw fejn wieġbu: “Fuq liema ġurnal se jippublikawha?”
Ħalla lil Dun Stanislaw mingħajr kliem. Qisu l-Papa ħa gost bil-pubblikazzjoni tar-ritratt li wara kollox hu kien uman u ma kien għamel xejn ħażin.
Kemm dam jgħix fil-Vatikan elimina bosta ‘taboos’ mill-Kurja Rumana. Ried jagħti wkoll dimensjoni ġdida lill-Papat.