Fl-aġġornament ta’ dalgħodu mill-uffiċju stampa tal-Vatikan intqal li l-Papa kien għadda lejl ieħor tajjeb u l-kundizzjoni tiegħu qed turi sinjali ta’ titjib.
Fl-aġġornament tal-bieraħ filgħaxija, kienu qalu li l-insuffiċjenza fil-kliwi, li kienet osservata fl-aħħar jiem, issa jidher li kienet telqet filwaqt li CT Scan ta’ sidru wera progress normali tal-infjammazzjoni fil-pulmun. It-testijiet tad-demm meħuda matul il-ġurnata kkonfermaw il-progress innutat il-ġurnata ta’ qabel.
Madankollu, Papa Franġisku xorta għadu qed jieħu terapija bl-ossiġnu għalkemm ma esperjenza l-ebda sintomi ta’ attakki respiratorji matul ilbieraħ.
Minkejja dan kollu, il-pronjosi tibqa’ waħda kawta. Ilbieraħ ukoll qatta’ nofs ta’ nhar jagħmel xogħol relatat mal-vatikan.