F’Awwissu li ġej, il-Papa Franġisku se jżur l-Irlanda wara 40 sena. F’Mejju li ġej, l-Irlanda se tkun qiegħda tivvotta f’referendum biex tiddeċiedi jekk l-abort għandux ikun legalizzat.L-Istat tal-Vatikan ħabbar li l-Papa Franġisku se jżur l-Irlanda bejn il-21 u s-26 t’Awwissu li ġej. Fl-aħħar ġurnata, il-Papa Franġisku se jqaddes ġewwa Pheonix Park, l-istess post fejn kwazi 40 snin qabel fejn il-Papa Ġwanni Pawlu II kien qaddes fejn kien hemm madwar miljun persuna.