Fiż-żjara ta’ ġurnata li l-Papa Franġisku se jkun qed jagħmel f’pajjiżna nhar il-Ħadd 31 ta’ Mejju, il-Papa se jkun anki qed iżur lil Għawdex.
Ġie rappurtat li l-Isqof t’Għawdex, Mario Grech qal li l-Papa se jkun qed iżur il-gżira tat-tliet għoljiet.
L-Isqof t’Għawdex qal li l-Papa se jkun qed isellem lill-Għawdxin barra s-Santwarju ta’ Pinu, fl-Għarb.
F’Mejju tal-1990, il-Papa Ġwanni Pawlu II, kien żar lil Għawdex u mar ta’ Pinu fejn talab quddiem il-kwadru titulari tal-Bażilika u anki qaddes quddiesa.
Huwa kien anki qiegħed u bierek stillarju madwar il-kwadru tal-Madonna ta’ Pinu.
Fl-2010, Papa Benedittu XVI kien ta warda tad-deheb biex titqiegħed quddiem il-kwadru li jgawdi devozzjoni kbira.
Dakinhar il-kwadru kien inġab f’Malta minn Għawdex.