Il-Papa Franġisku se jkun qed imexxi l-quddiesa ta’ kull nhar ta’ Ħadd li ssir f’nofsinhar fi pjazza San Pietru fil-Vatikan, ġurnata biss wara li ħareġ mill-isptar.
Dan qed isir għall-bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa li twassal għall-Għid il-Kbir.
Il-Papa Franġisku ħareġ mill-isptar is-Sibt wara li ddaħħal minħabba problemi respiratorji.
Waqt li kien ħiereġ mill-isptar, sellem lill-folla li nġabret quddiem l-isptar Gemelli sabiex jappoġġjaw lill-Kap tal-Knisja kattolika f’dan iż-żmien ta’ sfida.
Bi tbissima fuq fommu, il-Papa beda’ jiċċajta man-nies li bdew jistennewh u qalilhom “għadni ħaj”.
Intant, il-Ġimgħa, mar jiltaqa’ mat-tfal li qegħdin jieħdu l-kura għall-kanċer.
Papa Franġisku tahom sorpriża u ħadilhom bajd tal-Għid, ċikkulati, kotba u kuruni tar-rużarju.