Fil-jiem li għaddew f’pajjiżna kien hawn Sor Nathalie Becquart, is-Sotto Segretarju tas-Sinodu tal-Isqfijiet u l-id il-leminija tal-Kardinal Mario Grech li huwa s-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu.
Sor Natalie hija l-ewwel mara li qatt ingħatat awtorità u vot fl-istorja tal-Knisja Kattolika, hekk kif għamlitha f’waħda mill-ogħla karigi tal-Vatikan.
F’intervista ma’ dan l-istazzjon wara li ndirizzat attività fl-Università ta’ Malta, organizzata mill-Għaqda Studenti tat-Teoloġija, is-Soru Franċiża qalet kif il-ħatra tagħha u ta’ nisa oħra tefgħet dawl fuq il-fatt li l-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku qed jinvolvi aktar lin-nisa fit-tmexxija u d-deċiżjonijiet tal-Knisja Kattolika.
Qalet, “We can see that Pope Francis has done a lot regarding women. First thing when he washes the feet of women on Holy Thursday. We can see that the Vatican is appointing women to leadership positions. In the new constitution for the Roman Curia, a woman could be appointed as prefect.”
Is-Sinodu hija istituzzjoni li tiġbor fiha Isqfijiet mill-pajjiżi kollha tad-dinja u li bejn wieħed u ieħor jiltaqgħu kull tlieta jew erba’ snin.
Sor Becquart qalet kif bis-sinodu, il-knisja bdiet ħidma sabiex tisma’ u tara x’inhuma r-realtajiet tal-lum, biex anke taġġorna mad-dinja moderna u tiġbed aktar nies lejha.
Qalet, “The synod is about evangelization and mission to help the church with others also to face the many issues of our world and we know what the issues like climate change are, migration and many other problems. We understand that we must be together to build a better world.”
Il-Knisja ta’ Alla ġiet imsejħa għal Sinodu fl-2021 u li għadu għaddej sa din is-sena, bit-tema “Lejn Knisja sinodali: komunjoni, parteċipazzjoni u missjoni”.
B’din is-sejħa, il-Papa Franġisku stieden lill-Knisja kollha biex tirrifletti fuq tema deċiżiva għall-ħajja u l-missjoni tagħha.
Mistoqsija dwar kif tħares lejn l-għaxar snin ta’ Franġisku bħala Suċċessur ta’ Pietru, is-Soru qalet kif żgur se jibqa’ mfakkar għall-enċiklika li ħareġ bl-isem ta’ Laudto Si, li bil-Malti tfisser “Tkun Imfaħħar.”
Qalet, “Laudato si and the impact it made, and raising awareness about the importance of integral ecology and listening to the cry of the poor and it has been received by many outside of the church.”