Rapporti qed jgħidu li ix-xhur li ġejjin il-Papa Franġisku mistenni jżur pajjiżna. Dan se jkun it-tielet mexxej tal-Knisja Kattolika li se jkun żar pajjiżna hekk kif tul is-snin pajjiżna kellu b’kollox tliet żjarat papali; tnejn mill-Papa Ġwanni Pawlu II u żjara oħra mill-Papa emeritu Benedittu XVI.
L-istess rapporti qalu li aktar kmieni llum uffiċċjali għoljin tas-Santa Sede infurmaw lill-Knisja Maltija li Malta kienet fuq il-lista ta’ pajjiżi li se jkun qed jagħmel żjara fiha l-papa tul din is-sena.
Ix-xahar li għadda l-Papa semma lil Malta u qal li l-Maltin huma twajba u akkoljenti.
Ara wkoll:
http://www.one.com.mt/2020/01/08/filmat-il-maltin-huma-bravi-miti-u-akkoljenti-il-papa-frangisku/