Il-midja internazzjonali qed tirrapporta kif illum, il-Papa Franġisku mistenni joħroġ mill-isptar. Dan wara li kien ilu għal aktar minn xahar rikoverat fl-Isptar Gemelli ta’ Ruma.
It-tobba qed jinsistu li l-Papa se jkollu bżonn mill-inqas xahrejn ta’ mistrieħ.
Dr Sergio Alfieri, il-kap tat-tim ta’ tobba li jieħu ħsieb il-Papa, qal lill-ġurnalisti li l-Papa Franġisku kien “fil-periklu li jitlef ħajtu.” Qal li l-Papa Franġisku issa jinsab f’kundizzjoni klinika stabbli” iżda se jibqa’ jieħu l-medikazzjoni “għal żmien pjuttost twil.”