Waqt il-quddies fuq il-Fosos tal-Floriana, il-Papa Franġisku libes il-pjaneta vjola, il-kulur tar-Randan.
Fuq din il-pjaneta hemm tmien slabeb ta’ Malta; tlieta fuq quddiem, tlieta fuq wara u tnejn fil-ġenb.
Waqt din il-quddiesa hemm preżenti l-Arċisqof ta’ Malta Monsinjur Charles Scicluna, l-Isqof ta’ Għawdex Anton Theuma, il-Kardinal Malti l-Emminenza Tiegħu Monsinjur Mario Grech.
Preżenti wkoll hemm il-President ta’ Malta George Vella, flimkien ma’ martu Miriam Vella u l-Prim Ministru ta’ Malta Robert Abela u martu Lydia Abela.