Jaf ikun il-Papa Franġisku li jsalva lil Charlie Gard. Iċ-ċkejken Ingliż għandu mard serju li r-Renju Unit qed jirrifjuta li jħallas għalih, biex ikun jista’ jgħix.
Intervjena saħansitra l-President Amerikan Donald Trump, li mistenni jiltaqa’ mal-Ingliża Theresa May u jitkellem magħha dwar il-possibilità ta’ trattament fl-Istati Uniti u r-raġuni għala r-Renju Unit qed jirrifjuta l-kura. May u Trump se jiltaqgħu waqt laqgħa tal-G20 f’Hamburg, il-Ġermanja.
Iżda fi żviluppi oħra, il-Papa Franġisku mħajjar joffri ċittadinanza ta’ 10 xhur lil Charlie Gard, biex ikun jista’ jieħu l-kura. Jekk jiġri dan, ma jibqax fis-seħħ intopp legali li qed iżomm lil Gard milli jitlaq mill-isptar Great Ormond Street.
To defend human life, above all when it is wounded by illness, is a duty of love that God entrusts to all.
— Pope Francis (@Pontifex) June 30, 2017
Il-ġenituri ta’ Charlie qed jikkritikaw bl-aħrax lill-awtoritajiet Ingliżi, li qed iżommu laqgħa wara oħra dwar il-ġejjieni ta’ binhom, mingħajr ma jikkonsultaw magħhom. Tobba Amerikani, speċjalizzati fil-mitochondrial disease saħansitra qed joffru li jmorru huma l-Ingilterra u jipprovaw tip ta’ kura ġdida fuqu.