Il-Papa Franġisku għamel żjara qasira fi sptar ta’ Ruma għal xi testijiet wara li, fl-aħħar jiem, inħakem mill-influwenza.
Il-midja Taljana rrapportat kif il-Papa, fl-età ta’ tmienja u sebgħin sena, kellu jipposponi l-laqgħat li kellu man-nies fil-Vatikan. Is-Santa Sede spjegat li wara ftit sigħat hu reġa’ lura fil-Vatikan.
Waqt li fl-aħħar snin kellu numru ta’ sfidi ta’ saħħa, inkluż operazzjoni tal-ftuq f’Ġunju li għadda, il-Papa, li beda jmexxi l-Knisja Kattolika mill-2013, baqa’ jaqdi d-doveri tiegħu.
Minkejja dan, il-kundizzjonijiet ta’ saħħtu ħarxu iżjed il-kritika tal-forzi Konservattivi fil-Vatikan li ma jaqblux mat-tmexxija tiegħu.