Il-Papa Franġisku ħareġ mill-isptar u sellem lill-follha li nġabret quddiem l-isptar Gemelli b’sens ta’ rispett.
Il-Papa ddaħħal l-isptar wara li kellu problemi respiratorji.
Waqt li kien ħiereġ mill-isptar bi tbissima fuq fommu, il-Papa beda’ jiċċajta man-nies li bdew jistennewh u qallhom “għadni ħaj”.
Intant, il-Ġimgħa, mar jiltaqa’ mat-tfal li qegħdin jieħdu l-kura għall-kanċer.
Papa Franġisku tahom sorpriża u ħadilhom bajd tal-Għid, ċikkulati, kotba u kuruni tar-rużarju.