Il-Vatikan beda jitfi l-funtani famużi tiegħu hekk kif hemm in-nixfa f’ħafna partijiet fl-Italja.
L-istazzjon tar-radju tal-Vatikan qal li dan il-pass kien skont it-tagħlim ta’ Papa Franġisku fuq l-ambjent.
F’enċiklika li ppublika sentejn ilu, il-Papa kien spjega l-biżat tiegħu dwar l-ambjent, fejn tkellem kontra prattiċi li jħallu l-ħela u emfasizza fuq l-importanza ta’ ilma tax-xorb nadif.
In-nixfa fl-Italja affettwat żewġ terzi tal-art agrikola u qed tiswa maż-żewġ biljun ewro.
Il-Vatikan għandu mal-mitt funtana, fosthom tnejn kbar tal-Barokk, u se jintfew kollha, inkluż dawk li hemm fil-ġonna tal-Vatikan.