Il-Papa Fraġnisku rrikonoxxa seba’ isqfijiet appuntati miċ-Ċina bħala parti minn ftehim storiku sabiex titjieb ir-rabtiet bejn il-Vatikan u l-pajjiż komunista. Il-kwistjoni fuq min jappunta l-arċisqfijiet kienet fiċ-ċentru ta’ tilwim mindu ċ-Ċina neħħiet rabtiet diplomatiċi mas-Santa Sede fl-1951.
Iċ-Ċina għandha mal-għaxar miljun persuna Kattoliċi.
Il-Vatikan qal li l-Papa Franġisku qed jittama li l-ftehim se jwassal biex il-feriti tal-passat ikunu meġħluba u jkun hemm unita Kattolika sħiħa fiċ-Ċina.