Il-Papa Franġisku ammetta fil-pubbliku li kien hemm każi fejn kleriċi abbużaw sorijiet, u f’każ partikolari s-sorijiet inżammu bħala skjavi sesswali.
Każ li dwaru, il-predeċessur tiegħu l-Papa Benedittu, kien imġiegħel jagħlaq kongregazzjoni sħiħa ta’ sorijiet li kienu qed jiġu abbużati mill-qassisin.
Din hija l-ewwel darba li l-Papa Franġisku rrikonoxxa pubblikament l-abbuż sesswali fuq is-sorijiet mill-qassisin.
Meta wieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti waqt iż-żjara storika tiegħu fil-Lvant Nofsani, qal li l-Knisja hija konxja ta’ din il-problema u qed taħdem biex tindirizzaha.