Fi triqtu lejn il-Laboratorju tal-Paċi, il-Papa Franġisku għadda minn ġewwa ċ-ċentru ta’ Birżebbuġa.
Hawnhekk il-Papa ngħata merbħa sabiħa, hekk kif inġabru diversi nies, fosthom tfal.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
F’Birżebbuġa kien hemm atmosfera ta’ festa, hekk kif iż-żewġ baned tal-lokalità daqqew il-marċi u fil-bieb prinċipali tal-Knisja nħarġet l-istatwa ta’ San Pietru fil-Ktajjen.