Ir-Re Karlu u r-Reġina Camilla tal-Ingilterra kellhom laqgħa privata mal-Papa Franġisku fil-Vatikan fejn tahom personalment l-isbaħ xewqat fl-20 anniversarju mit-tieġ tagħhom.
Din il-laqgħa kienet biss ikkonfermata l-Erbgħa filgħodu hekk kif il-laqgħa skedata fuq il-programm taż-żjara tagħhom fl-Italja kienet ġiet posposta minħabba saħħet il-Papa.
Il-laqgħa damet madwar 20 minuta u saret f’Casa Santa Marta fejn il-Papa qed jirkupra saħħtu wara li kien rilaxxat mill-Isptar Gemelli.
Filgħaxija, il-koppja rjali ċċelebraw l-anniversarju tat-tieġ tagħhom b’ikla statali f’Ruma ospitata mill-President Taljan Sergio Mattarella li għaliha attendew 150 persuna inkluż il-kantant Andrea Bocelli, il-kok Giorgio Locatelli, il-lukandier Rocco Forte u is-Segretarju tal-Affarijiet Barranin Ingliż Davidy Lammy.
Aktar kmieni, waqt żjara fil-Parlament Taljan, Camilla libset l-istess libsa li kienet biha waqt iċ-ċerimonja taż-żwieġ ċivili fl-2005.