Il-Papa Franġisku kkundanna l-estremiżmu abbażi tar-reliġjon waqt żjara storika fl-Iraq. “L-ostilità, l-estremiżmu u l-vjolenza ma twieldux f’qalb reliġjuża,” qal il-papa hekk kif sostna li dawn jittradu lir-reliġjon.
Il-Papa Franġisku qal dan fid-dawl tal-vjolenza abbażi tar-reliġjon fost il-minoranzi fl-Iraq imma wkoll bejn is-Shia u l-Musulmani Sunni.
Waqt l-iżjara tal-Papa, l-Ayatollah u l-mexxej reliġjuż tal-Musulmani Xiti Ali al-Sistani qal li persuni bi twemmin Kristjan għandhom jgħixu fil-paċi u sigurtà bħall-bqija tal-Irakini.
Din hija l-ewwel żjara internazzjonali tal-Papa Franġisku mindu faqqgħet il-pandemija u saħansitra l-ewwel żjara papali fl-Iraq.