Fil-Palazz tal-President il-Papa Franġisku ltaqa’ mal-familja Abela.
Il-Kap tal-Knisja Kattolika ltaqa’ mal-Prim Ministru Robert Abela, flimkien ma’ martu Lydia Abela u binthom Giorgia Mae.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Iltaqa’ wkoll mal-ġenituri tal-Prim Ministru Robert Abela u l-ġenituri ta’ mart il-Prim Ministru Lydia Abela.
Fil-laqgħa mal-Papa, bint il-Prim Ministru ppreżentatlu kartolina ffirmata minn sħabha tal-iskola.
