Il-Papa Franġisku kkundanna l-atroċitajiet tal-allegat abbuż sesswali fuq it-tfal, f’ittra lil iktar minn biljun Nisrani. L-ittra tindirizza b’mod dirett l-aħħar rapporti li l-Knisja ppruvat tgħatti diversi snin ta’ abbuż f’Pennsylvania, l-Amerika.
L-ittra tal-Papa tappella għat-tmiem tal-‘kultura tal-mewt’ fi ħdan il-Knisja, u titlob skuża talli l-Knisja naqqset milli tindirizza dan l-abbuż.
Iktar minn 1,000 minuri kienu abbużati minn 300 qassis fl-Istat Amerikan. L-inkjesta tefgħet dawl ukoll fuq il-fatt li l-Knisja Kattolika f’dan l-Istat għattiet dawn ir-rapporti għal għexieren ta’ snin.