Il-Papa Franġisku jinsab f’Ċipru għal żjara ta’ ħamest ijiem, li matulha se jmur ukoll il-Greċja u l-gżira ta’ Lesbos, fejn kien mar fl-elfejn u sittax u ħa lura miegħu f’Ruma numru ta’ refuġjati li kienu qed jgħixu f’kundizzjonijiet ħżiena.
Din iż-żjara hija l-ħamsa u tletin vjaġġ barra minn Ruma tal-Papa, li aktar tard dan ix-xahar jagħlaq ħamsa u tmenin sena, u tirrifletti d-determinazzjoni tiegħu li jitfa’ dawl fuq il-kriżi tal-immigrazzjoni.
Huwa mistenni jgħin fir-rilokazzjoni ta’ xi immigranti oħra lejn l-Italja.