Il-Papa Franġisku beda l-itwal u l-aktar żjara ’l bogħod mill-Vatikan kemm ilu Papa mill-2013. Dan hekk kif il-Papa Franġisku ta’ 87 sena beda żjara ta’ 12-il jum fl-Asja u l-Paċifiku.
L-għan ta’ din iż-żjara mill-Kap tal-Knisja Kattolika hu li jispjega dwar id-djalogu u dwar l-importanza tal-Knisja Kattolika fl-Asja.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Din iż-żjara, fejn il-Papa se jkollu aktar minn 40 attività, kellha ssir lura fl-2020, iżda ġiet posposta bil-pandemija.