Fil-festa tal-Epifanija, il-Papa Franġisku ħareġ jikkritika l-Konservattivi, li jridu jżommu l-quddies bil-lingwa tal-Latin.
Il-Papa qal hekk meta kien qed jitkellem dwar dawk il-membri tal-kleru, fosthom Isqfijiet, li qed jopponu d-deċizjoni tiegħu li titwaqqaf darba għal dejjem il-quddies bil-Latin.
Hawnhekk is-suċċessur ta’ San Pietru qal kif il-liturġija ma tistax tibqa’ lura minħabba “lingwa mejta”, b’referenza għal Latin.
B’ħafna knejjes kienu waqqfu l-quddies bil-Latin wara l-Konċilju Vatikan it-Tieni li sar fis-sittinijiet.