Il-Mulej huwa missier ħanin u aħna uliedu. L-awguri tiegħi huwa awgurju ta’ fraternità; ta’ kull nazzjon u kultura, ta’ nies differenti imma li kapaci jifhmu lil xulxin. Hekk qal il-Papa Franġisku waqt il-barka: Urbi et Orbi.
“Ġesù ġie biex jurina l-wiċċ tal-missier li qed infittxu. Kristu deher fil-wiċċ uman. Il-fidwa tgħaddi mill-imħabba u r-rispett; ir-rispett li tintwera bl-umanità ta’ bejnietna. Aħna lkoll aħwa. Aħna rikezza.
Dan il-Milied jaqblilna niskopru l-fraternita kollha. J’Alla dan il-Milied ikun hemm id-djalogu bejn l-Iżrael u l-Palestina. Fraternità oħra hemm bżonn li ssir fis-Sirja. Is-selezzjoni politika għandha tgħin mhux tfixkel”, saħaq il-Papa.
Il-Papa Franġisku ħaseb ukoll fil-Yemen u talab għall-waqfien mill-ġlied. Talab ukoll biex il-komunità internazzjonali tgħin lil ħafna tfal li jinsabu wahedhom. Hemm bżonn l-għajnuna umanitarja.
“It-tarbija divina tgħin biex nieqfu nużaw l-armi u jkollna fraternità f’dan il-kontinent. J’Alla jkun hemm sforzi ta’ paċi fuq livell internazzjonali.
J’Alla l-Milied jsaħħaħ ukoll ir-relazzjoni bejn in-nies taż-żewġ Korei għall-iżvilupp u ġid. Anke l-Venezuela jistħoqqilha ssib l-għaqda.”
Il-Mulej li twieled iġib anke kuraġġ fl-Ukraina li tant għandha bzonn il-paċi.
Il-Papa qal li jħossu viċin il-komunitajiet insara biex dawn iwettqu din il-fraternità.
Ħeġġeġ biex f’dawk il-pajjiżi li hemm il-libertà mhedda, issir il-ġustizzja. Ħsieb partikolari wkoll imur għall-aħwa li qed jiċċelebraw it-twelid ta’ Ġesù f’komunitajiet diffiċli fejn l-insara huma fil-minoranzi.
Il-Papa talab biex dawn jgħixu fil-paċi. Il-Bambin ta’ Betlehem jgħinna wkoll biex jiġu protetti l-persuni vulnerabbli, it-tfal u kull persuna skartata. Bit-twelid ta’ Ġesù nirċievu l-paċi u s-saħħa li nimxu ‘l quddiem. Hemm temm il-barka tiegħu l-Kap tal-Knisja Kattolika fil-pjazza tal-Vatikan illum f’jum il-Milied.