Il-Papa Franġisku wasal fit-Timor tal-Lvant, li hu meqjus bħala l-aktar post Kattoliku lil hinn mill-Vatikan, hekk kif 97% mill-popolazzjoni jħaddnu r-reliġjon.
Il-Papa bħalissa għaddej bl-itwal żjara tiegħu mindu laħaq f’Marzu tal-2013, f’pajjiżi bejn l-Asja u n-Nofsinhar tal-Paċifiku.
Waqt laqgħat mal-awtoritajiet fit-Timor tal-Lvant, il-Papa stqarr li jrid jindirizza kull tip ta’ abbuż biex tiġi garantita ħajja paċifika u sigura għat-tfal, b’reazzjoni għal rapport ta’ abbuż sesswali mill-eks Isqof Carlos Ximenes Belo fl-aħħar snin.
Il-qofol taż-żjara tal-Papa f’dan il-pajjiż mistenni jintlaħaq b’quddiesa fil-beraħ fejn mistennija jattendu mas-750,000 persuna jew aktar minn nofs il-popolazzjoni.