Għall-ħabta tal-17:30, il-Papa Franġisku wasal fil-gżira Għawdxija.
Hawnhekk il-Papa wasal fil-Port tal-Imġarr wara vjaġġ mill-Port il-Kbir, permezz tal-katamaran Maria Dolores.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ġewwa Għawdex, il-Papa Franġisku se jmur fis-Santwarju ta’ Pinu, fejn se jkun hemm mument ta’ talb.
Il-Papa Franġisku huwa t-tieni Kap tal-Knisja Kattolika li qed iżur il-gżira Għawdxija, wara l-Papa Ġwanni Pawlu II f’Mejju tal-1990.