Fil-messaġġ tal-Urbi et Orbi fl-ewwel tas-sena, il-Papa Franġisku appella għall-paċi dinija hekk kif awgura lil kulħadd għas-sena l-ġdida.
Hawn saħaq li l-paċi għandha tinstab b’mod speċjali fil-familji u fuq il-postijiet tax-xogħol, u li lkoll għandna nieħdu ħsieb lil xulxin u ninsew il-battibekki u l-ġlied ta’ bejniena.
Huwa spjega li l-paċi huwa don minn Alla li bħala poplu dinji rridu naħdmu dejjem lejh: “Nelle famiglie, nell lavoro, nelle nazione – pace, pace. E ora che pensiamo che la vita oggi e sistemata dalle gwerre, dalle inemicizie di tante cose che ti trovano, vogliamo pace u questo e un dono.”
Dwar il-pandemija, il-Papa Franġisku qal li din għallmitna nħarsu lejn xulxin b’solidarjetà, valur li hu kruċjali nibqgħu nħaddnuh fil-futur.
Tkellem ukoll dwar il-gwerra fil-Yemen hekk kif stqarr li ħafna persuni innocenti qed ibatu. Irrimarka fost oħrajn it-tbatija tat-tfal f’dan il-pajjiż, mifni bil-gwerra, faqar u ġuħ.
Il-Papa Franġisku sostna: “Fratelli e sorelli pensiomo alle bambini dello Yemen senza educazione, senza medicini, affomati, pregiamo insemie per lo Yemen.”
Il-Papa Franġisku temm jappella għat-talb tagħna, inkluż għalih: “A tutti awguro un anno di pace, un anno di speranza con la protezione di Maria la Santa Madre di Dio. E per favore non dimecticatevi di pregare per me. Buon pranzo e arrivederci.”