Il-Papa Franġisku kkunndanna l-isfruttament tal-immigranti għal skopijiet politiċi, huwa għamel dan hekk kif illum kellu żjara fil-gżira Griega, Lesbos.
Il-Papa, li kellu jkun skortat bil-karozza għal fuq il-podju, iżda huwa għażel li jieqaf u jsellem lill-miġgħema ta’ immigranti li nġabru biex isellmulu.
Il-Qdusija Tiegħu kien diġà żar din il-gżira fl-2016 meta dakinhar ukoll kien iltaqa’ ma’ xi immigranti u ta refuġju lil 12-il immigrant Sirjan fl-Italja. Il-Papa Franġisku tenna li minn dakinhar ‘il quddiem ftit li xejn inbidlu l-affarijiet rigward l-immigrazzjoni.