Il-Papa Franġisku ħatar sbatax-il kardinal ġdid minn madwar id-dinja fi ħdan il-Knisja Kattolika. Dawn ġejjin mill-ħames kontinenti, u fosthom hemm ukoll il-mibgħut tal-Vatikan għas-Sirja.
B’hekk, il-Papa għażel kważi terz tal-Kulleġġ tal-Kardinali li se jgħinuh jagħżel is-suċċessur tiegħu meta jasal il-waqt. Kardinali li għandhom inqas minn tmenin sena jistgħu jivvutaw għal Papa li jmiss.
Tlettax mill-kardinali l-ġodda għandhom inqas minn tmenin, u b’hekk huma eliġġibli li jilħqu minfloku.
Din hija t-tielet darba fi tliet snin li l-Papa Franġisku, li huwa l-ewwel Papa Latin Amerikan, ħatar kardinali ġodda. Huwa uża kull opportunita biex jippromwovi membri minn barra l-bażi tradizzjonali Ewropea tal-Kulleġġ.