Il-Qdusija tiegħu l-Papa Franġisku ħatar lill-Amministratur Appostoliku għal Għawdex, Mons Mario Grech, bħala membru fuq il-Kummissjoni Pontifiċja għall-Promozzjoni tal-Għaqda fost l-Insara.
Din se tkun it-tieni kariga għolja li Monsinjur Grech ingħata f’temp ta’ ftit xhur mill-Vatikan, hekk kif ftit ilu inħatar bħala Prosegretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet.
Fi stqarrija l-Kurja Għawdxija awgurat lill-Isqof Emeritu tad-Djoċesi Għawdxija li se jkun qed jieħu din il-missjoni ekumenika li hi ħafna għal qalb il-Papa u l-Knisja..
Intant, dan l-istazzjon jista’ jiżvela li l-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Dun Anton Teuma bħala d-disa’ Isqof tad-Djoċesi Għawdxija se ssir il-Ħadd tlettax ta’ Settembru ta’ din is-sena.