Kitba tal-Vatikanista Frank Zammit
Ilejla l-Papa Franġisku ħatar ħames kardinali godda f’wieħed mill-izgħar konċistorji fl-istorja tal-kardinalat f’din l-era kontemporanja.
L-aħħar darba li seħħ hekk kien fit-3 ta’ Gunju 1977 meta l-Papa Beatu Pawlu VI kien ħatar erba kardinali fosthom l-Arċisqof ta’ Munich it-teologu Joseph Ratzinger.
L-ebda esponent tal-Kurja, l-ebda Taljan fost il-ħames kardinali ġodda, maħtura llum minn Franġisku imma wieħed minnhom kien kollaboratur strett tal-Arċisqof Romero u ieħor li hu simbolu tal-Knisja persegwitata f’Laos.
Wara l-Udjenza Ġenerali ta’ dalgħodu fi Pjazza San Pietru fejn ippriedka l-isperanza, illejla fl-erba ta’ wara nofsinhar il-Papa Frangisku ppresida fil-Bazilika ta’ San Pietru, konċistorju pubbliku ordinarju fejn fih ħatar ħames kardinali ġodda. F’din iċ-ċerimonja l-Papa ta’ lil dawn il-prelati l-biretta l-ħamra, iċ-ċurkett u anke assenjalhom titlu fi Knisja f’Ruma.
Għada mbagħad nhar il-Festa ta’ San Pietru u San Pawl il-Papa jbierek il-palji lil-Arcisfqijiet li hu ħatar mill-istess festa tas-sena l-oħra lill hawn.
Din hija Knisja li thares lejn il-periferija tas-soċjetà, pjanata mil-Papa Franġisku. Dan il-Kulleġġ Kardinalizju qed ikompli jkun ispirat mil-kriterju tal-universalità, tal-kattoliċità, sabiex tuża kliemha stess dak li hu msejjah sabiex jikkolabora mal-Papa. Din il-konferma tasal u tkun ippruvata anke mil-għazla ta’ dawn il-prelati. L-ebda esponent tal-Kurja, u lanqas l-ebda wiehed minnhom mhu gej minn xi djocesi li tradizjonalment hija kardinalizja.
F’dan il-koncistorju Frangisku rega ma harisx lejn il-geopolitika ekklezjali, hares biss lejn il-kelma “Servizz lil-fqir”. Arcidjocesijiet bhal-Patrijarkat ta’ Venezia u dik Turin fl-Italja reggħu baqgħu mingħajr kardinal.
Il-Papa Frangisku hatar sittin kardinal fl-erba snin li ilu jiggverna l-Knisja u li disa u erbgħin minnhom għandhom id-dritt tal-vot.
B’dan il-konċistorju l-Knisja għandha 122 Kardinal bi dritt tal-vot; tnejn aktar minn normalità mposti mil-Kostituzzjoni Appostolika “Universi Dominici Gregis”, imma xhur oħra kardinali oħra jagħlqu t-tmenin sena u jitilfu dan id-dritt u l-limitu jerġa jidħol fin-normalità.
Minn dawn il-121 kardinali bid-dritt tal-vot, 53 minnhom kienu krejati mil-Papa Benedittu XVI, 49 oħra minn Papa Frangisku u 19 minn San Ġwanni Pawli “Il-Kbir”.
Fost dan il-Kulleġġ ta’ eletturi, 53 minnhom huma Ewropej.