Il-Papa Franġisku jinsab fuq l-ajruplan tal-ITA Airways sabiex għall-ħabta tat-8:30 jaqbad triqtu lejn Malta mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Ruma, Fiumicino.
Il-wasla mistennija tkun fl-10:00 fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, fejn il-Qdusija Tiegħu se jiġi milqugħ b’ċerimonja ta’ merħba.
Fl-ewwel ftit sigħat tiegħu f’pajjiżna, Papa Franġisku se jkun qed iwassal l-ewwel messaġġ fis-Sala tat-Tron fil-Palazz tal-President fil-Belt.
Qabel ħalla r-residenza tiegħu sabiex jaqbad triqtu lejn Malta, Papa Franġisku ltaqa’ ma’ bosta refuġjati Ukreni li ħarbu mill-gwerra f’pajjiżhom.
Filwaqt li talab fuqhom, il-Papa qalilhom jitolbu għalih għaż-żjara li se jibda llum f’Malta u Għawdex.