Il-Papa Franġisku ħeġġeġ lill-popli kollha biex ma jħallux il-biża’ mill-Coronavirus, filwaqt li stieden lil kulħadd biex ikun messaġġier tal-ħajja f’dan iż-żmien ta’ sfida. Il-Papa qal dan waqt li kien qed il-velja tal-Għid is-Sibt filgħaxija fil-Bażilika ta’ San Pietru, li għal kuntrarju tas-snin ta’ qabel, il-Bażilika kienet kważi vojta.
Il-Prim Ministru Giuseppe Conte faħħar kliem il-Papa għall-ġest ta’ responsabbiltà tiegħu għall-fatt li qed jiċċelebra l-festa tal-Għid mingħajr kongregazzjoni.
L-Italja għadha taħt lockdown b’rabta mal-pandemija tal-COVID-19. F’nofsinhar il-Papa Franġisku se jkun qed jagħti l-messaġġ tiegħu għall-Għid f’ċerimonja li se ssir bil-bibien magħluqa.